12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA
(Kawża C-551/10 P) (1)
(Appell - Konċentrazzjonijiet ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba - Regolament (KEE) Nru 4064/89 - Ftehim ta’ holding - Motivi ineffettivi)
2013/C 9/10
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys, M. Potel u L. Eskenazi, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, O. Beynet u S. Noë, aġenti), Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-13 ta’ Settembru 2010, Éditions Jacob vs Il Kummissjoni (T-279/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ Odile Jacob li titlob l-annullament d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Éditions Odile Jacob SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 46, 12.2.2011.
Full & Egal Universal Law Academy