26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012 — Usha Martin Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-552/10 P) (1)
(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 121/2006 - Importazzjonijiet ta’ kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, mill-Indja - Deċiżjoni 2006/38/KE - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 8(9) - Impenji offruti fil-kuntest ta’ proċeduri antidumping)
2013/C 26/03
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Usha Martin Ltd (rappreżentanti: V. Akritidis u E. Petritsi, dikigoroï, F. Crespo, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, G. Berrisch, avukat u N. Chesaites, Barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u S. Thomas, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010, Usha Martin vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-119/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali tiċħad rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/38/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2005, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/572/KE li taċċetta impenji offruti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proċedimenti antidumping rigward importazzjonijiet ta’ ħbula tal-wajer tal-azzar u kejbils (tal-azzar) li joriġinaw, inter alia, mill-Indja (ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 97), kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 121/2006, tat-23 ta’ Jannar 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1858/2005 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-azzar u kejbils (tal-azzar) li joriġinaw, inter alia, mill-Indja (ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 67)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Usha Martin Ltd għandha tkun ikkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
(1) ĠU C 55, 19.2.2011
Full & Egal Universal Law Academy