12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Éditions Odile Jacob SAS, Wendel Investissement SA, Lagardère SCA u Lagardère SCA vs Éditions Odile Jacob SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Wendel Investissement SA
(Kawżi magħquda C-553/10 u C-554/10 P) (1)
(Appell - Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba - Annullament tad-deċiżjoni relatata mal-approvazzjoni ta’ impriża tal-investiment bħala akkwirenti tal-assi ċeduti - Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju)
2013/C 9/11
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, A. Bouquet u S. Noë, aġenti), Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati), Wendel Investissement SA (rappreżentanti: M. Trabucchi, F. Gordon u C. Baldon, avukati), Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, A. Bouquet u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-13 ta’ Settembru 2010, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni (T-452/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2004)203365, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirent tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) — Portata tal-eventwali nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju — Żnaturament tal-punti ta’ fatt — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea u Lagardère SCA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Éditions Odile Jacob SAS.
(3)
Wendel Investissement SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 46, 12.2.2011
Full & Egal Universal Law Academy