22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Chartres — Franza) — Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Heintz, épouse Bourges-Maunoury vs Direction des services fiscaux d’Eure et Loir
(Kawża C-558/10) (1)
(Privileġġi u immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej - Eżenzjoni minn taxxi nazzjonali fuq id-dħul imħallas mill-Unjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul imħallas mill-Unjoni fil-kalkolu tal-ammont massimu skont it-taxxa solidali fuq il-ġid)
2012/C 287/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Chartres
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Heintz, épouse Bourges-Maunoury
Konvenut: Direction des services fiscaux d’Eure et Loir
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance de Chartres — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Kapitolu V tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967, 152, p. 13) — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul kollu ta’ persuna taxxabbli, inkluż dak ta’ oriġini Komunitarja, fil-kalkolu tal-ammont massimu skont it-taxxa solidali fuq il-ġid — Eżenzjoni mit-taxxi nazzjonali fuq ir-remunerazzjoni mħallsa mill-Komunitajiet — Ex uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej
Dispożittiv
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, anness inizjalment mat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej imbagħad, skont it-Trattat ta’ Amsterdam, għat-Trattat KE, għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul, inklużi l-pensjonijiet u l-kumpensi għal terminazzjoni definittiva mis-servizz, imħallsa mill-Unjoni lill-uffiċjali u lill-membri tal-persunal tagħha, jew lill-ex uffiċjali u lill-ex membri tal-persunal taghħa, fil-kuntest tal-ammont massimu ta’ taxxa bħat-taxxa solidali fuq il-ġid.
(1) ĠU C 46, 12.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy