17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) — Deli Ostrich NV vs Belgische Staat
(Kawża C-559/10) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Laħam tal-ġemel iffriżat li ma joriġinax minn faċilità ta’ trobbija - Klassifikazzjoni fis-subintestatura 0208 90 40 (laħam tal-kaċċa selvaġġa) jew 0208 90 95 (Oħrajn))
2011/C 370/24
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deli Ostrich NV.
Konvenut: Belgische Staat.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van Eerste Aanleg Antwerpen — Tariffa doganali komuni — Intestaturi tariffarji — Laħam tal-ġemel li ma joriġinax minn faċilità ta’ trobbija — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 0208 90 40 (selvaġġina) jew 0208 90 95 (oħrajn)?
Dispożittiv
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-laħam tal-iġmla għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 0208 90 40 bħala “laħam tal-kaċċa selvaġġa” jekk l-iġmla li minnhom joriġina dan il-laħam kienu jgħixu fi stat selvaġġ u jekk kienu suġġetti għall-kaċċa.
(1) ĠU C 55, 19.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy