22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-562/10) (1)
(Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Artikolu 56 TFUE - Leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-kura fit-tul - Benefiċċji in natura għall-kura fid-dar esklużi fil-każ ta’ residenza fi Stat Membru ieħor - Livell baxx ta’ benefiċċji fi flus esportabbli - Nuqqas ta’ rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-kiri ta’ apparat mediku fi Stati Membri oħra)
2012/C 287/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F.W. Bulst u I. Rogalski, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-kura fit-tul li tillimita għal sitt ġimgħat, meta l-persuna assigurata tkun temporanjament residenti fi Stat Membru ieħor, id-dritt għall-benefiċċju tal-kura fit-tul, teskludi r-rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-kiri ta’ apparat mediku u tipprovdi li s-servizzi ta’ kura in natura mogħtija fl-Istat Membru ta’ residenza ma jibbenefikawx mill-istess rata ta’ rimbors bħal meta dawn jiġu pprovduti fil-Ġermanja
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 26.02.2011
Full & Egal Universal Law Academy