26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung vs Pfeifer & Langen KG
(Kawża C-564/10) (1)
(Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 3 u 4 - Miżuri amministrattivi - Irkupru ta’ vantaġġi indebiti - Interessi kompensatorji u moratorji dovuti skont id-dritt nazzjonali - Applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni tar-Regolament Nru 2988/95 għall-irkupru ta’ dawn l-interessi moratorji - Dies a quo tal-preskrizzjoni - Kunċett ta’ “sospensjoni” - Kunċett ta’ “interruzzjoni”)
2012/C 151/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
Konvenuta: Pfeifer & Langen KG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340) — Irkupru ta’ għajnuna mħallsa indebitament — Applikabbiltà tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għall-preskrizzjoni tal-interessi dovuti, taħt id-dritt nazzjonali, b’żieda mar-rimbors tal-ammonti mħallsa indebitament
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni li huwa jipprovdi għall-irkupru tal-kreditu prinċipali, li jikkorrispondi għar-rimbors ta’ vantaġġ miksub indebitament mill-baġit tal-Unjoni, ma huwiex applikabbli għall-irkupru tal-interessi li jinħolqu minn dan il-kreditu, meta dawn l-interessi ma humiex dovuti abbażi tad-dritt tal-Unjoni iżda abbażi ta’ obbligu li joriġina biss mid-dritt nazzjonali.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy