3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-569/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 94/22/KE - Kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għal prospettar, esplorazzjoni u estrazzjoni ta’ idrokarburi - Aċċess mhux diskriminatorju)
2013/C 225/04
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, M. Drwięcki u B. Majczyna, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta u/jew inkompleta tal-Artikoli 2(2), 3(1), u 5(1) u (2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 262) — Aċċess nondiskriminatorju għal dawn l-attivitajiet u għall-eżerċizzju tagħhom
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-aċċess għal attività ta’ prospettar, ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi ma jkunx diskriminatorju bejn l-entitajiet ikkonċernati u li l-awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ tali attività jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet ikkonċernati kollha jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kriterji ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel il-bidu tal-perijodu tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(2), 3(1) u 5(1) u (2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 46, 12.2.2011
Full & Egal Universal Law Academy