31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-576/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Konċessjoni għal xogħlijiet pubbliċi - Bejgħ ta’ art minn korp pubbliku - Proġett immobiljari ta’ amministrazzjoni ta’ spazji pubbliċi ddefinit minn dan il-korp)
2013/C 252/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek, A. Tokár u C. Zadra, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u J. Langer, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, kif ukoll A. Wiedmann, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 2 u tat-Titolu III tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Konċessjoni għal xogħlijiet pubbliċi — Regoli — Komun ta’ Eindhoven
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 55, 19.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy