8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — United States of America vs Christine Nolan
(Kawża C-583/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 98/59/KE - Protezzjoni tal-ħaddiema - Tkeċċijiet kollettivi - Kamp ta’ applikazzjoni - Għeluq ta’ bażi militari Amerikana - Informazzjoni u konsultazzjoni mal-ħaddiema - Mument li fih jitnissel l-obbligu ta’ konsultazzjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 379/07
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: United States of America
Konvenuta: Christine Nolan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327) — Obbligu ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni li għandu min iħaddem fir-rigward tar-rappreżentanti tal-ħaddiema — Determinazzjoni tal-mument tat-tnissil tal-obbligu
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domanda magħmula mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010.
(1) ĠU C 89, 19.3.2011
Full & Egal Universal Law Academy