7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea (C-584/10 P), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-593/10 P), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (C-595/10 P) vs Yassin Abdullah Kadi, ir-Repubblika Franċiża
(Kawżi Magħquda C-584/10 P, C-593/10 P u C-595/10 P P) (1)
(Appell - Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) - Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, man-network Al-Qaida u mat-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn korp tan-Nazzjonijiet Uniti - Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Drittijiet fundamentali - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Dritt għar-rispett għall-proprjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 260/02
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (C-584/10 P) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Hetsch u S. Boelaert kif ukoll E. Paasivirta u M. Konstantinidis, sussegwentement minn L. Gussetti u S. Boelaert kif ukoll E. Paasivirta u M. Konstantinidis, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-593/10 P), (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u R. Szostak, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (C-595/10 P), (rappreżentanti: inizjalment minn E. Jenkinson, sussegwentement minn S. Behzadi-Spencer, aġenti, assistiti minn J. Wallace, QC, minn D. Beard, QC, u minn M. Wood, barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Yassin Abdullah Kadi (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, V. Lowe, QC, J. Crawford, SC, M. Lester u P. Eeckhout, barristers, G. Martin, solicitor, kif ukoll C. Murphy), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard kif ukoll G. de Bergues, D. Colas, A. Adam u E. Ranaivoson, aġenti)
Intervenjenti fl-appelli (C-584/10 P u C-595/10 P) insostenn tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: B. Zaimov u T. Ivanov kif ukoll E. Petranova, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn M. Fiorilli, avvocato dello Stato), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér kif ukoll K. Szíjjártó u K. Molnár, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti:C. Wissels u M. Bulterman, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent)
Intervenjenti fl-appell (C-593/10 P) insostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: B. Zaimov u T. Ivanov kif ukoll E. Petranova, aġenti), ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: K. Najmanová kif ukoll E. Ruffer, M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: L. Volck Madsen, aġent), l-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment minn D. O’Hagan, sussegwentement minn E. Creedon, aġenti, assistiti minn N. Travers, BL, u minn P. Benson, solicitor), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u N. Díaz Abad, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn M. Fiorilli, avvocato dello Stato), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér kif ukoll K. Szíjjártó u K. Molnár, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Bulterman, aġenti), ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent)
Suġġett
Appelli mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat 30 ta’ Settembru 2010 — Kadi vs Il-Kummissjoni (T-85/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali laqgħet rikors għall-annullment parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1190/2008, tat-28 ta’ Novembru 2008, li jemenda għall 101 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 322, p. 25), sa fejn l-isem tar-rikorrent jidher fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huma kkundannati għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy