11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Niels Møller vs Haderslev Kommune
(Kawża C-585/10) (1)
(Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Direttiva 96/61/KE - Anness I, punt 6.6(ċ) - Installazzjonijiet għat-trobbija intensiva tal-ħnieżer li għandhom iktar minn 750 post għal ħnieżer nisa - Inkużjoni jew le ta’ postijiet għal ħnieżer nisa żgħar)
2012/C 39/09
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Niels Møller
Konvenut: Haderslev Kommune
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-punt 6.6. tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80) — Installazzjonijiet għat-trobbija intensiva ta’ tjur jew ta’ ħnieżer li għandhom iktar minn 750 post għal ħnieżer nisa — Inklużjoni jew le ta’ postijiet għal ħnieżer nisa żgħar (majjali nisa wara l-pubertà li għadhom ma welldux)
Dispożittiv
Il-frażi “post għal qżieqeż nisa [ħnieżer nisa]”, li tinsab fil-punt 6.6(ċ) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi postijiet għal ħnieżer nisa żgħar (majjali nisa li diġà tgħammru, iżda li għadhom ma welldux).
(1) ĠU C 38, 05.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy