29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Littlewoods Retail Ltd et vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
(Kawża C-591/10) (1)
(It-Tieni u s-Sitt Direttiva tal-VAT - Taxxa tal-input imħallsa - Ħlas lura tal-eċċess - Ħlas tal-interessi - Metodi)
2012/C 295/07
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Littlewoods Retail Ltd and others
Konvenuta: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8 u tal-punt 13 tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 1967, 71, p. 1303) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11A(3)(b) u tal-Artikolu 11Ċ(1) tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Ħlas lura tal-eċċess tat-taxxa tal-input imħallsa — Rata ta’ interessi applikabbli
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-persuna taxxabbli li tkun ħallset ammont żejjed ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, li kien ġie miġbur mill-Istat Membru kkonċernat bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandha dritt għall-ħlas lura tat-taxxa mħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll għall-ħlas ta’ interessi fuq dan l-ammont. Huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, jekk is-somma prinċipali għandhiex ikollha interessi skont sistema tal-interessi sempliċi, sistema ta’ interessi komposti jew sistema oħra ta’ interessi.
(1) ĠU C 89, 19.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy