31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — T.G. van Laarhoven vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-594/10) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Limitazzjoni - Użu ta’ proprjetà mobbli li tifforma parti mill-assi tal-impriża għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli - Trattament fiskali tal-użu privat ta’ oġġett li jifforma parti mill-patrimonju tal-impriża)
2012/C 98/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: T.G. van Laarhoven
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(6), tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq in-negozju — Sistema komuni ta’ valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-tnaqqis fiskali għall-vetturi użati minn imprenditur kemm għal finijiet professjonali u kif ukoll privati
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995 moqri flimkien mal-Artikolu 11A(1)(ċ) ta’ din l-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li inizjalment tawtorizza lil persuna taxxabbli li l-vetturi bil-mutur tagħha huma użati għal finijiet kemm professjonali kif ukoll privati, tnaqqas immedjatament u totalment it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, iżda li sussegwentement tipprevedi, fir-rigward tal-użu privat ta’ dawn il-vetturi, taxxa annwali bbażata, għad-determinazzjoni tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta għal sena finanzjarja partikolari, fuq metodu ta’ kalkolu fiss tal-ispejjeż relatati ma’ tali użu, li ma jqisx, b’mod proporzjonali, l-estent reali tiegħu.
(1) ĠU C 80, 12.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy