28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-596/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u b’mod partikolari maż-żwiemel)
2012/C 126/03
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u M. Afonso, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, J. — S. Pilczer u B. Beaupère-Manokha, aġenti)
Intervenjenti: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent u N. Travers u de G. Clohessy, barristers)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 sa 99 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini, b’mod partikolari maż-żwiemel.
Dispożittiv
(1)
Billi applikat rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għat-tranżazzjonijiet mabuta mal-ekwini u, b’mod partikolari, maż-żwiemel, meta dawn tal-aħħar ma jkunux normalment intiżi li jintużaw fil-preparazzjoni tal-ikel jew fil-produzzjoni agrikola, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 99 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din tal-aħħar.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy