26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-600/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni tad-dividendiu interessi mħallsa lill-fondi ta’ pensjonijiet u lir-riżervi ta’ pensjoni - Tassazzjoni tad-dividendi u interessi mħallsa lill-istituzzjonijiet ta’ persuni mhux residenti - Tnaqqis tal-ispejjeż operattivi relatati direttament mal-ħlas ta’ dħul fil-forma ta’ dividendi u ta’ interessi - Oneru tal-prova)
2013/C 26/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u C. Schillemans, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. Pere, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn G. Facenna, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dividendi u l-interessi mħallsa fil-fondi ta’ pensjoni u fir-riżervi ta’ pensjoni, li tagħti ċerti vantaġġi fiskali biss lid-dividendi u lill-interessi mħallsa lill-istituzzjonijiet residenti
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
(3)
Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Finlandiża, ir-Renju tal-Isvezzja u ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibati l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 80, 12.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy