8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče r-Repubblika tas-Slovenja — Slovenja) — Pelati d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-603/10) (1)
(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 90/434/KEE - Sistema fiskali komuni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Artikolu 11(1)(a) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ vantaġġi fiskali għal ksib ta’ awtorizzazzjoni - Talba ta’ awtorizzazzjoni li għandha tiġi sottomessa minn tal-inqas tletin ġuranta qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni mixtieqa)
2012/C 379/08
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Upravno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pelati d.o.o.
Konvenuta: Republika Slovenija
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Upravno sodišče Republike Slovenije — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142) — Artikolu 11(1)(a) — Benefiċċji fiskali fir-rigward tad-diviżjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi terminu għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet sabiex jibbenefikaw mill-imsemmija benefiċċji — Rifjut tal-benefiċċji fiskali minħabba l-iskadenza tat-terminu — Kompattibbiltà tar-rifjut mad-direttiva inkwistjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża inkwistjoni, li tissuġġetta l-għoti ta’ vantaġġi fiskali applikabbli għal tranżazzjoni ta’ diviżjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva għall-kundizzjoni li t-talba marbuta ma’ din it-tranżazzjoni titressaq f’terminu stabbilit. Madankollu, hija r-responsabbiltà tal-qorti tar-rinviju biex tivverifika jekk il-metodi ta’ implementazzjoni ta’ dan it-terminu, u b’mod iktar partikolari l-istabbiliment tal-punt ta’ tluq tiegħu, ikunu suffiċjentement preċiżi, ċari u previdibbli sabiex jippermettu lill-persuni taxxabbli jkunu jafu d-drittijiet tagħhom u jiżguraw li dawn tal-aħħar jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi fiskali previsti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
(1) ĠU C 80, 12.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy