26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Isvezja
(Kawża C-607/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1 - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva)
2012/C 151/14
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u K. Simonsson, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2009, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2009, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (verżjoni kodifikata), jew, b’mod xieraq, permezz tal-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u, jekk ikun il-każ, l-aġġornament tagħhom, li l-installazzjonijiet kollha eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 89, 19.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy