9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-610/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata ksur - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Artikoli 228(2) KE u 260(2) TFUE - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Sanzjonijiet pekunjarji)
2013/C 38/03
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanju (rappreżentanti: N. Díaz Abad, aġent)
sostnut minn: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u J. Očková, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 260 TFUE — Nuqqas li tiġi eżegwita s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 2002 fil-Kawża C-499/99 (Ġabra p. I-6031) — Talba għall-iffissar ta’ pagamenti ta’ penalità
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali maħruġa fit-18 ta’ Marzu 2010 mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 260(2) TFUE, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-2 ta’ Lulju 2002, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-499/99) dwar, b’mod partikolari, l-irkupru mingħand Industrias Domésticas SA tal-għajnuna li, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/1/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1989, dwar l-għajnuna mogħtija fi Spanja mill-Gvern ċentrali u minn diversi Gvernijiet awtonomi lil MAGEFESA, produttriċi ta’ oġġetti tal-kċina magħmula mill-azzar li ma jissaddadx u ta’ strumenti elettriċi żgħar għad-dar, tqieset illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità għal ammont ta’ EUR 50 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-imsemmija sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, mid-data li fiha tingħata s-sentenza preżenti u sad-data tal-eżekuzzjoni tal-istess sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 20 miljun.
(4)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(5)
Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy