11.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-624/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-bejjiegħ jew għall-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali li jaħtar intimat fiskali u li jirreġistra għall-VAT f’dak l-Istat Membru - Leġiżlazzjoni li tippermetti kumpens bejn il-VAT deduċibbli imħallsa mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali u dik miġbura minnu f’isem u għan-nom tal-klijenti tiegħu)
2012/C 39/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-obbligu li jinħatar intimat fiskali mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali — Obbligu li jirreġistra għall-VAT — Natura u portata tad-dritt għal tnaqqis
Dispożittiv
(1)
Billi tipprovdi fit-Titolu IV tal-Istruzzjoni Amministrattiva 3 A-9-06 Nru 105 tat-23 ta’ Ġunju 2006, konċessjoni amministrattiva li tidderoga mis-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ awtolikwidazzjoni u li tinvolvi l-ħatra ta’ intimat fiskali mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra minn Franza, ir-reġistrazzjoni ta’ dan tal-aħħar għat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Franza u l-kumpens bejn it-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli li huwa ħallas u dik miġbura għan-nom u f’isem il-klijenti tiegħu, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u, b’mod partikolari, l-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 tagħha.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy