31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-627/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 91/440/KEE - Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 2001/14/KE - Tqassim tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja - Artikolu 6(3) u Anness II tad-Direttiva 91/440 - Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14 - Amministratur tal-infrastruttura - Parteċipazzjoni fl-iffissar tal-iskeda ta’ xogħol - Amministrazzjoni tat-traffiku - Artikolu 6(2) sa (5) tad-Direttiva 2001/14 - Assenza ta’ miżuri intiżi sabiex jinkoraġġixxu lill-amministraturi tal-infrastruttura li jnaqqsu l-ispejjeż ta’ provvista tal-infrastruttura u l-livell tat-tariffi għall-aċċess - Artikoli 7(3) u 8(1) tad-Direttiva 2001/14 - Spiża direttament imposta fuq l-operat tas-servizz - Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14 - Sistema ta’ titjib tas-servizzi)
2013/C 252/08
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk, D. Kukovec u M. Žebre, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: N. Pintar Gosenca, A. Vran u V. Kampoš, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: Centeno Huerta, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), hekk kif emendata, kif ukoll mal-Artikolu 6(2) sa (5), mal-Artikolu 7(3), mal-Artikolu 8(1), mal-Artikolu 11, mal-Artikolu 14(2) u mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha:
—
mal-Artikolu 6(3) u l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, kif ukoll mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji, kif emendata bid-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, u
—
mal-Artikoli 6(2) sa (5), 7(3), 8(1) kif ukoll 11 tad-Direttiva 2001/14, kif emendata bid-Direttiva 2004/49,
ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 103, 02.04.2011.
Full & Egal Universal Law Academy