29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Lulju 2012 — Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Company, Inc. vs Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea vs Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Company, Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd
(Kawżi magħquda C-628/10 P u C-14/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq - Ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir ta’ sussidjarji li jikkostitwixxi ksur lill-kumpanniji parent tagħhom - Preżunzjoni tal-innoċenza - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament)
2012/C 295/08
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Company, Inc. (rappreżentanti: M. Odriozola Alén, u A. João Vide, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)
u
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Company, Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd (rappreżentanti: M. Odriozola Alén u A. João Vide, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — Alliance One International et vs Il-Kummissjoni (T-24/05), li permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fir-rigward ta’ Alliance One International, Inc. u Standard Commercial Tobacco Co. Inc., rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Settur fi Spanja tat-tabakk mhux maħdum), dwar akkordju intiż għall-iffissar ta’ prezzijiet imħallsa lill-produtturi u tal-kwantitajiet mixtrija mingħandhom fis-suq Spanjol tat-tabakk mhux maħdum
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
Alliance One International Inc. u Standard Commercial Tobacco Co. Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-appell fil-Kawża C-628/10 P.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti minn Alliance One International Inc., minn Standard Commercial Tobacco Co. Inc. u minn Trans Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd, relatati mal-appell fil Kawża C-14/11 P.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011
GU C 80, 12.03.2011
Full & Egal Universal Law Academy