27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2011 — Giampietro Torresan vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG
(Kawża C-5/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali CANNABIS - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(c))
2011/C 252/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Giampietro Torresan (rappreżentanti: G. Recher u R. Munarini, avukati)
Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto, aġent), Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u R. Cartella, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) [li issa saret il-Qorti Ġenerali], tad-19 ta’ Novembru 2009, Torresan vs UASI (T-234/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 517/2005-2), dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kolsterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG u Giampietro Torresan
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
G. Torresan huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy