26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani — l-Italja) — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA
(Kawża C-20/10) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 3 u 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - L-ewwel jew l-uniku kuntratt - Obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi - Tħassir - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikoli 82 KE u 86 KE)
2011/C 63/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Trani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vino Cosimo Damiano
Konvenuta: Poste Italiane SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Trani — Interpretazzjoni tal-Klawżoli 3 u 8(3) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3. p. 368) — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi fl-ordinament ġuridiku nazzjonali klawżola li ma tispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien determinat għall-ingaġġ ta’ ħaddiema fi ħdan SpA Poste Italiane.
Dispożittiv
(1)
Il-Klawżola 8(3) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368 dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (decreto legislativo n. 368, attuazione della direttiva 1999/70/CE relativa all’accordo quadro sul lavoro a tempo determinato concluso dall’UNICE, dal CEEP e dal CES), tas-6 ta’ Settembru 2001, li, b’differenza mis-sistema legali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet, tippermetti lil impriża, bħal Poste Italiane SpA, tikkonkludi, permezz tal-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet, kuntratt ta’ xogħol ewlieni u uniku għal żmien determinat ma’ ħaddiem, bħal C. Vino, mingħajr ma jkollha tindika r-raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw li ntuża kuntratt konkluż għal dan it-tul ta’ żmien, peress li din il-leġiżlazzjoni ma hijiex marbuta mal-implementazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni ma ħaqqux protezzjoni li hija mill-inqas ekwivalenti għall-protezzjoni tal-ħaddiem għal żmien determinat prevista mill-imsemmi ftehim qafas.
(2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għar-raba’ domanda magħmula mit-Tribunale di Trani (l-Italja).
(3)
Il-ħames domanda preliminari mressqa mit-Tribunal di Trani hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 134, 22.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy