26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — REWE-Zentral AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG
(Kawża C-22/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Clina - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLINAIR - Reġistrazzjoni rrifjutata - Raġuni relattiva għal rifjut - Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b))
2011/C 63/27
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: REWE-Zentral AG (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)
Konvenuti: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent), Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (rappreżentant: N. Lützenrath, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tal-11 ta’ Novembru 2009 (Is-Sitt Awla), REWE-Zentral vs UASI (T-150/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2008, li ċaħdet ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Clina” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 3 u 21, u billi laqgħet l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali preċedenti “CLINAIR” — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks — Nuqqas li ssir l-evalwazzjoni globali tal-fatturi rilevanti fil-kuntest tal-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy