19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-56/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade marks figurattivi 100 u 300 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 38(2) - Dikjarazzjoni li ma jiġix invokat dritt esklużiv fuq element ta’ trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni li ma hijiex ta’ karattru distintiv (“disclaimer”))
2011/C 340/08
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali” (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (T-425/07 u T-426/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-3 ta’ Settembru 2007 (Każijiet R 1274/2006-4 u R 1275/2006-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 100 u 300 bħala trade marks Komunitarji — Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), kif ukoll tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru deskrittiv ta’ trade marks ikkostitwiti esklużivament minn ċifri
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy