19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2010 — Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-73/10 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE - Rikors għal annullament - Terminu - Rikors tardiv - Raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw deroga għat-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità - Appell manifestament infondat)
2011/C 89/03
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (rappreżentanti: A. Rinne, Avukat, S. Kon u C. Humpe, Solicitors, C. Vajda QC)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer u A. Biolan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tat-30 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-2/09, Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet, bħala manifestament inammissibbli rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5955 finali, tal-15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/39.188 — Banana) dwar akkordju fuq parti mis-suq Ewropew tal-banana, jew sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy