12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 — European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-74/10 P u C-75/10 P) (1)
(Appell - Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rappreżentazzjoni ta’ parti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà manifesta)
2011/C 80/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) (rappreżentant: J. Kuhbier, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u N. Khan, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009, EREF vs Il-Kummissjoni (T-94/07), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4963 finali, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li tiddikjara li ċerti sorsi tal-finanzjament użati mill-kumpannija TVO għall-kostruzzjoni ta’ reattur nukleari fil-Finlandja (“proġett Olkiluoto 3”) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat — Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
European Renewable Energies Federation ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy