29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Breda — Il-Pajjizi l-Baxxi) — VAV-Autovermietung GmbH vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal
(Kawża C-91/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 49 KE sa 55 KE - Vetturi awtomobilistiċi - Użu fi Stat Membru ta’ vetturabil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor - Taxxa fuq din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta ntużat għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq)
2011/C 30/19
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Breda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VAV-Autovermietung GmbH
Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Breda — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56 TFUE sa 62 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ġbir ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni meta l-vettura tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq.
Dispożittiv
L-Artikoli 49 KE sa 55 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha, persuna li tirresjedi jew li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor li tuża f’dan l-Istat Membru vettura bil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor għandha, meta tuża din il-vettura għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq tal-ewwel Stat Membru, tħallas it-totalità ta’ taxxa, fejn il-bilanċ, ikkalkolat permezz tad-dewmien tal-użu tal-imsemmija vettura f’dan in-netwerk huwa rimborsat, mingħajr interessi, wara li jintemm dan l-użu.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy