26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Judecătoria Focșani — ir-Rumanija) — Frăsina Bejan vs Tudorel Mușat
(Kawża C-102/10) (1)
(Regoli tal-proċedura - Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 104(3) - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili tal-karozzi - Kuntrtatt ta’ assigurazzjoni fakultattiv - Inapplikabbiltà)
2011/C 63/28
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Focșani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Frăsina Bejan
Konvenut: Tudorel Mușat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Judecătoria Focșani — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE, 57 TFUE, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59 TFUE, tal-Artikolu 169 u tad-Direttivi 84/5/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, tat-30 ta’ Diċembru 1983 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), 92/49 KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja [fuq il-ħajja] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346), 93/13/KE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, tal-5 ta’ April 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), 2005/14/KE dwar l-assigurazzjoni kontra r- responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, tal-11 ta’ Mejju 2005, (ĠU L 149, p. 14) u 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11) — Asssigurazzjoni għal responsabbilità ċivili tal-karozzi — Danni kkawżati minn vetturi assigurati — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi klawżoli ta’ esklużjoni sfavorevoli għall-konsumaturi — Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni lil hinn minn dawk ipprovduti mid-direttivi — Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tinvoka n-nullità ta’ klawżola ta’ esklużjoni tar-riskju assigurat
Dispożittiv
(1)
Is-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur stabbilita minn
—
id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà,
—
it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar, l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur,
—
it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur
—
id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi), u
—
id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur,
ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assiguratur jeskludi mill-kopertura ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv ta’ vettura bil-mutur id-dannu kkawżat meta din il-vettura tinsaq minn persuna li tinsab taħt l-influwenza tal-alkoħol.
(2)
Is-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur stabbilita mid-Direttivi 72/166, 84/5, 90/232, 2000/26 u 2005/14 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma timponix fuq assiguratur li jħallas kumpens immedjatament, skont kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv ta’ vettura bil-mutur, lill-assigurat li kien imweġġa’ wara inċident u li jiġi kkumpensat mill-persuna responsabbli għall-inċident l-ammont ta’ kumpens imħallas lil dan l-assigurat, f’ċirkustanzi fejn l-assigurazzjoni ma tkoprix ir-riskju minħabba klawżola ta’ esklużjoni.
(3)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assiguratur jeskludi mill-kopertura ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiva ta’ vettura bil-mutur id-danni kkawżati meta l-vettura tkun qed tinsaq minn persuna li tinsab taħt l-influwenza tal-alkoħol tikkostitwixxi restrizzjoni kemm għal-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġi pprovduti servizzi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina sa liema punt din il-limitazzjoni tista’ madankollu tiġi ammessa skont l-eċċezzjonijiet espressament previsti mit-Trattat FUE jew hija ġġustifikata, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010
Full & Egal Universal Law Academy