16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ April 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Târgu — Mureș — ir-Rumanija) — Daniel Ionel Obreja vs Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș (C-136/10), Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș, Administrația Finanțelor Publice Târgu-Mureș vs SC Darmi SRL (C-178/10)
(Kawżi magħquda C-136/10 u C-178/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura fuq l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
2011/C 211/11
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Târgu — Mureș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Daniel Ionel Obreja (C-136/10), Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș, Administrația Finanțelor Publice Târgu-Mureș (C-178/10)
Konvenuti: Ministerul Economiei și Finanțelor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a județului Mureș (C-136/10), SC Darmi SRL (C-178/10)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Târgu-Mureș — Reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali imposta fuq il-vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikoli 23, 25 u 90 KE — Deroga eventwali bbażata fuq l-Artikolu 174 KE
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid f’ċirkulazzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ vetturi bil-mutur użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi bil-mutur użati tal-istess żmien u fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.
(1) ĠU C 161, 19.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy