27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mil-Landgericht München I — il-Ġermanja) — Robert Nicolaus Abt et vs Hypo Real Estate Holding AG
(Kawża C-194/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rilevanza tad-domanda - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)
2011/C 252/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht München I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Robert Nicolaus Abt, Daniela Kalwarowskyj, Mangusta Beteiligungs GmbH, Karsten Trippel, VC-Services GmbH, Henning Hahmann
Konvenuta: Hypo Real Estate Holding AG
fil-preżenza ta’: Klaus E. H. Zapf, Inge Jung-Arend
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht München I — Interpretazzjoni tal-Artikolu 297 KE u tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17) — Terminu ta’ sejħa għal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija kkwotata fil-borża — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tibqax fis-seħħ wara d-dekorriment tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva, li tipprovdi terminu għas-sejħa ta’ laqgħa ġenerali iqsar mit-terminu minimu previst mid-Direttiva — Dispożizzjoni li tista’ tikkomprometti serjament ir-riżultat previst mid-Direttiva, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li ċerti deċiżjonijiet tal-laqgħa ġenerali jibqgħu validi wara li jiġu rreġistrati fir-reġistru kummerċjali, anki f’każijiet ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità fi tmiem ta’ proċeduri ġudizzjarji
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi l-ewwel domanda preliminari magħmula mil-Landgericht München I.
(1) ĠU C 195, 17.07.2010
Full & Egal Universal Law Academy