28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/21
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Milano — l-Italja) — Cassina S.p.A. vs Alivar Srl, Galliani Host Arredamenti Srl
(Kawża C-198/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Proprjetà industrijali u kummerċjali - Direttiva 98/71/KE - Protezzjoni legali ta’ disinni - Artikolu 17 - Obbligu ta’ akkumulazzjoni tal-protezzjoni tad-disinni ma’ dik tad-drittijiet tal-awtur - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-protezzjoni mid-drittijiet tal-awtur għad-disinni li jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ tagħha)
2012/C 25/35
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cassina S.p.A.
Konvenuta: Alivar Srl, Galliani Host Arredamenti Srl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte d’Appello di Milano — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji — Liġi nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva billi introduċiet il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni — Possibbiltà għal Stat Membru li jestendi l-kundizzjonijiet sabiex tingħata din il-protezzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi totalment jew sal-limiti tal-użu preċedenti, il-protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur ta’ dan l-Istat Membru, id-disinni li kienu jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel ma din il-leġiżlazzjoni daħlet fis-seħħ, fil-konfront ta’ kull terz li diġà pproduċa u/jew ikkummerċjalizza fit-territorju nazzjonali prodotti li ġew prodotti, skont dawn id-disinni, qabel din id-data.
(1) ĠU C 179, 03.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy