16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Jannar 2011 — Heinz Helmuth Eriksen (C-205/10 P), Bent Hansen (C-217/10 P), Brigit Lind (C-222/10 P) vs Il-Kummissjoni Ewropeja
(Kawżi magħquda C-205/10 P, C-217/10 P u C-222/10 P) (1)
(Appell - Rikors għad-danni - Konsegwenzi għas-saħħa pubblika tal-inċident nukleari li seħħ Thule (il-Groenlandja, id-Danimarka) - Direttiva 96/29/Euratom - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri fil-konfront ta’ Stat Membru)
2011/C 120/04
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Heinz Helmuth Eriksen (C-205/10 P), Bent Hansen (C-217/10 P), Brigit Lind (C-222/10 P) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Patakia u E. White, aġenti)
Suġġett
Appelli mid-digrieti tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2010, Erikson vs Il-Kummissjoni (T-516/08), Hansen vs Il-Kummissjoni (T-6/09), u Lind vs Il-Kummissjoni (T-5/09), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala kompletament infondati fid-dritt rikorsi għad-danni intiżi għal ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba n-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lid-Danimarka tikkonforma ruħha mad-Direttiva 96/29, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u tapplika dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-aċċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja), bi ksur tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsegwenzi ta’ dan l-aċċident għas-saħħa pubblika, tal-10 ta’ Mejju 2007 (petizzjoni 720/2002, 2006/2012 (INI)).
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
H. H. Eriksen, B. Kansen u B. Lind huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) GU C 195, 17.7.2010.
Full & Egal Universal Law Academy