27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2011 — Centre de Coordination Carrefour SNC vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-254/10 P) (1)
(Appell - Skema ta’ għanjuna favur ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Kunċett ta’ ‘interess ġuridiku’ - Awtorità ta’ res judicata)
2011/C 252/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Centre de Coordination Carrefour SNC (rappreżentanti: X. Clarebout, C. Docclo u M. Pittie, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes, u J.-P. Keppenne, aġenti)
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-18 ta’ Marzu 2010 — Centre de Coordination Carrefour SNC vs Il-Kummissjoni (T-94/08), li biha din tal-aħħar ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/283/KE, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (ĠU 2008, L 90, p. 7) — Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament — Kunċett ta’ interess ġuridiku — Awtorità ta’ res judicata
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Is-Centre de Coordination Carrefour SNC huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy