6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de première instance de Namur — il-Belġju) — André Rossius (C-267/10), Marc Collard (C-268/10) vs L-Istat tal-Belġju — SPF Finances
(Kawżi magħquda C-267/10 u C-268/10) (1)
(L-Artikolu 6(1) TUE - Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Żamma u bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni tad-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2011/C 232/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Namur
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: André Rossius (C-267/10), Marc Collard (C-268/10)
Konvenuti: L-Istat tal-Belġju — SPF Finances
Parti intervenjeni in sostenn tal-partijiet rikorrenti: L-Istat tal-Belġju — Service public fédéral Défense
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Namur — Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-TUE u tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kompatibbiltà, mal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep, li huwa rikonoxxut bħala prodott li jagħmel ħsara gravi — Validità, fid-dawl tan-normi ċċitati iktar ’il fuq, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni ta’ dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għall-mistoqsijiet tat-Tribunal de première instance de Namur (Il-Belġju) permezz tad-deċiżjonijiet tal-24 ta’ Marzu 2010.
(1) ĠU C 221, 14.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy