16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — il-Greċja) — Souzana Berkizi-Nikolakaki vs Anotato Symvoulio epilogis prosopikou (A.S.E.P.), Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis
(Kawża C-272/10) (1)
(Artikolu104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Artikolu 155(2) TFUE - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 8 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Kuntratti suċċessivi - Abbuż - Penali - Trasformazzjoni f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat - Regoli proċedurali - Dekadenza - Prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema)
2011/C 120/05
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Dioikitiko Efeteio Thessalonikis
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Souzana Berkizi-Nikolakaki
Konvenuti: Anotato Symvoulio epilogis prosopikou (A.S.E.P.), Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — Interpretazzjoni tal-klawżola 8(3) tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar impjieg għal żmien determinat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi perijodu ta’ dekadenza biex tittrasforma l-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 155(2) TFUE u l-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar xogħol għal żmien determinat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 11(2) tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004, li jistabilixxi dispożizzjonijiet għall-ħaddiema impjegati fuq il-bażi ta’ kuntratti għal żmien determinat fis-settur pubbliku, li tipprovdi li t-talba minn ħaddiem għat-trasformazzjoni f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat ta’ sensiela ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala abbużivi għandha tiġi ppreżentata quddiem l-awtorità kompetenti f’terminu ta’ dekadenza ta’ xahrejn li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ tad-digriet imsemmi, bil-kundizzjoni li dan it-terminu, li għandha tivverifikah il-qorti tar-rinviju, ma jkunx inqas favorevoli minn dak mogħti fir-rigward ta’ azzjonijiet simili fl-ambitu tad-dritt domestiku fir-rigward tal-liġi tax-xogħol u ma jrendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni.
(2)
Il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 11(2) tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004, li jipprevedi li t-talba minn ħaddiem għat-trasformazzjoni f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat ta’ sensiela ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala abbużivi għandha tiġi ppreżentata quddiem l-awtorità kompetenti f’terminu ta’ dekadenza ta’ xahrejn li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ tad-digriet imsemmi, filwaqt li t-termini korrispondenti, previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali analoga li kienet fis-seħħ qabel din id-data, ġiet estiża, billi din il-leġiżlazzjoni ma taffettwax il-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema għal żmien determinat.
(1) ĠU C 221, tal-14.8.2010
Full & Egal Universal Law Academy