25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana — Spanja) — David Montoya Medina vs Fondo de Garantia Salarial, Universidad de Alicante
(Kawża C-273/10) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fil-qasam pubbliku - Dritt għall-allowances ta’ anzjanità ta’ kull tliet snin - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)
2011/C 186/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: David Montoya Medina
Konvenut: Fondo de Garantia Salarial, Universidad de Alicante
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana — Interpretazzjoni tal-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-ĊEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 368) — Kuntratti ta’ xogħol ta’ għalliem-riċerkatur konklużi mal-universitajiet pubbliċi — Esklużjoni ta’ ċerti allowances mill-kuntratti għal żmien determinat
Dispożittiv
Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva, tirriżerva d-dritt għal allowance ta’ anzjanità biss lill-lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu indeterminat, bl-esklużjoni ta’ lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu determinat, meta, fir-rigward tal-fatt li jirċievu din l-allowance, dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.
(1) ĠU C 221, 14.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy