27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank van Koophandel te Dendermonde — il-Belġju) — Wamo BVBA vs JBC NV, Modemakers Fashion NV
(Kawża C-288/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklami li jħabbru tnaqqis fil-prezz u dawk li jalludu għal tali tnaqqis)
2011/C 252/15
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Dendermonde
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wamo BVBA
Konvenuti: JBC NV, Modemakers Fashion NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van Koophandel te Dendermonde — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern [u] li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi reklamar ta’ tnaqqis fil-prezzijiet jew reklamar li jalludi għal tali tnaqqis matul ċerti perijodi ta’ qabel il-perijodi ta’ bejgħ bi prezzijiet imraħħsa, f’ċerti setturi partikolari
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi projbizzjoni ġenerali tar-reklami li jħabbru tnaqqis fil-prezzijiet u ta’ dawk li jalludu għal tali tnaqqis matul il-perijodu li jippreċedi l-perijodu ta’ bejgħ bi prezzijiet imraħħsa, u dan sa fejn din id-dispożizzjoni jkollha għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010
Full & Egal Universal Law Academy