12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — Franssons Verkstäder AB vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Lindner Recyclingtech GmbH
(Kawża C-290/10 P) (1)
(Appell - Rikors quddiem il-Qorti Ġenerali intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà minħabba dewmien - Appell manifestament infondat)
2011/C 80/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Franssons Verkstäder AB (rappreżentant: O. Öhlén, avukat)
Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Lindner Recyclingtech GmbH
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tal-10 ta’ Mejju 2010, Franssons Verkstäder vs UASI (T-98/10), li bih il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tad-disinn Komunitarju Nru 253778-0001 (makkinarju li jaqta’ l-karfa), kontra d-deċiżjoni R 690/2007-3 tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-22 ta’ Ottubru 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità imressqa minn Lindner Recyclingtech — Terminu għall-preżentata tal-appell — Inammissibbiltà manifesta
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Franssons Verkstäder AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy