28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/22
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège — il-Belġju) — Hubert Pagnoul vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-314/10) (1)
(Artikoli 92(1), 103(1), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Eżami tal-konformità ta’ liġi nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-natura prijoritarja ta’ proċedura inċidentali ta’ stħarriġ ta’ kostituzzjonalità - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Neċessità ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 25/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hubert Pagnoul
Konvenut: Stat Belġjan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Liège — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 TUE, 267 TFUE u 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Riferiment obbligatorju minn qabel għall-Qorti Kostituzzjonali mill-qrati nazzjonali f’każ ta’ allegat ksur tad-drittijiet fundamentali minn liġi nazzjonali — Konformità, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, tad-dispożizzjoni nazzjonali li timponi dan ir-riferiment minn qabel — Possibbiltà, għall-qrati nazzjonali, li jwettqu stħarriġ ta’ konformità tar-regoli nazzjonali ma trattati internazzjonali meta l-qorti kostituzzjonali tkun iddikjarat il-liġi nazzjonali inkwistjoni kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Kostituzzjoni.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domanda preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju).
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy