22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Curtea de Apel Craiova — Ir-Rumanija) — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Claudia Norica Vijulan
(Kawża C-335/10) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis imħallsa waqt l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur)
2011/C 311/18
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu
Konvenuta: Claudia Norica Vijulan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Craiova — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati rreġistrati diġà fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali fuq il-vetturi bil-mutur matul l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru speċifiku — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Eżenzjoni temporanja għall-vetturi li għandhom ċerti karatteristiċi
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur waqt l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali hija stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi ċ-ċirkolazzjoni, fl-imsmemi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr ma jiskoraġġixxu x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess antikità u tal-istess kedd u xedd fis-suq nazzjonali.
(1) ĠU C 274. 09.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy