27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Marzu 2011 — Claro SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Telefónica SA
(Kawża C-349/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata - Ammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell - Nuqqas ta’ depożitu ta’ nota li tispjega l-motivi tar-rikors - Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Appell manifestament infondat)
2011/C 252/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Claro SA (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Telefónica SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tat-28 ta’ April 2010, Claro vs UASI u Telefónica (T-225/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2009 (Każ R 1079/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Telefónica, SA u BCP S/A
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Clara SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 234, 28.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy