19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE
(Kawża C-352/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà)
2011/C 89/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Oviedo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Angel Lorenzo González Alonso
Konvenuta: Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincia de Oviedo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal 20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262) — Kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju intiż li joffri assigurazzjoni għall-ħajja inkambju għal ħlas fix-xahar ta’ primjum li jiġi investit f’diversi prodotti tal-istess impriża.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo, permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2010, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy