27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2011 — Ravensburger AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras SA
(Kawża C-369/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali MEMORY - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ))
2011/C 252/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ravensburger AG (rappreżentanti: H. Harte-Bavendamm u M. Goldmann, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Educa Borras SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-19 ta’ Mejju 2010, Ravensburger vs UASI (T-108/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat kontra tad-Deċiżjoni R 305/2008-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Jannar 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark verbali “MEMORY”, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28, fil-kuntest tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata minn Educa Borras.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010
Full & Egal Universal Law Academy