25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2011 — Ravensburger AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras SA
(Kawża C-370/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva EDUCA Memory game - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali MEMORY - Rifjut tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Raġunijiet relattivi għal rifjut)
2011/C 186/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ravensburger AG (rappreżentanti: H. Harte-Bavendamm u M. Goldmann, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, Ravensburger vs UASI (T-243/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarja tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali “MEMORY”, għal prodotti fil-klassi 28, kontra d-Deċiżjoni R 597/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ April 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-appellanti kontra t-trade mark figurattiva “EDUCA Memory game”, għal prodotti fil-klassi 28.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010
Full & Egal Universal Law Academy