26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Dolj — ir-Rumanija) — Adrian Băilă vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-377/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà)
2011/C 63/31
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Dolj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Adrian Băilă
Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova, Administrația Fondului pentru Mediu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Dolj — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li tapplika għall-vetturi bil-mutur fl-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru partikolari — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Eżenzjoni temporanja għall-vetturi li għandhom ċerti karatteristiċi
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj, permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2010, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 274, 09.10.2010
Full & Egal Universal Law Academy