27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Félix Muñoz Arraiza vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja
(Kawża C-388/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 8(1)(b), 43(2) u 44(1) - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RIOJAVINA - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja kollettiva figurattiva preċedenti RIOJA - Reġistrazzjoni rrifjutata - Probabbiltà ta’ konfużjoni)
2011/C 252/19
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Félix Muñoz Arraiza (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, aukati)
Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (rappreżentant: J. Martínez De Torre, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-9 ta’ Ġunju 2010, Muñoz Arraiza vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (RIOJAVINA) (T-138/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2009 (Każ R 721/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja u F. Muñoz Arraiza
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
F. Muñoz Arraiza huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy