16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2011 — Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Stabilator sp. z o.o.
(Kawża C-418/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Proċedimenti ta’ oppiżizzjoni - Trade mark preċedenti STABILAT - Sinjal figurattiv “stabilator” - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn prodotti u servizzi)
2011/C 211/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH (rappreżentanti: A. Zinnecker u S. Müller, avukati)
Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Stabilator sp. z o.o. (rappreżentant: M. Kacprzak, radca prawny)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010, Herhof vs UASI — Stabilator (T-60/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali STABILAT, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 11, 20, 37, 40 u 42, kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad l-oppożizzjoni tiegħu mressqa kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva stabilator, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 37 u 42 — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh bejn is-servizzi koperti mit-trade marks inkwistjoni — Ksur tad-dritt għal smigħ
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy