27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2011 — X Technology Swiss GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-429/10) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Sinjal li jikkonsisti fl-għoti parzjali ta’ kulur lil prodott - Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b))
2011/C 252/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: X Technology Swiss GmbH (rappreżentanti: A. Herbertz u R. Jung, avukati)
Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010, X Technology Swiss vs UASI (T-547/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal li jikkonsisti fl-għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta bħala trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 25 — Karattru distintiv ta’ sinjal li jikkonsisti fit-tilwin parzjali ta’ prodott
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
X Technology Swiss GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010
Full & Egal Universal Law Academy